Ippubblikata online nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Marzu 2015 17:00 CET

Ittra miftuħa lill-Kummissjoni Ewropea

Is-Suq Uniku Diġitali Ewropew jeħtieġ li jkun multilingwi!

L-istrateġija tas-Suq Uniu Diġitali jeħtieġ li tindirizza l-isfida tal-multilingwiżmu biex tipprovdi opportunitajiet indaqs għall-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Iffirma l-ittraAra min iffirma

 

Nilqgħu bis-sħiħ il-pjan tal-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi Suq Uniku għall-Kontenut Diġitali (SUD) fl-Ewropa. Ħafna fruntieri u ostakli diġå tneħħew jew qed jiġu indirizzati fl-għanijiet tas-SUD. Minkejja dan, il-fruntieri lingwistiċi għadhom ostaklu kbir għal ekonomija u soċjetå Ewropea tassew magħquda.

Id-diversitå lingwistika hija u għandha tibqa' pedament tal-Ewropa kif ukoll ġid kulturali imprezzabbli. Minkejja dan, l-ostakli lingwistiċi li jinħolqu permezz tal-24 lingwa uffiċċjali tal-UE jwasslu sabiex is-suq Ewropew jiġi fframmentat u ma jilħaqx il-potenzjal ekonomiku tiegħu. Kważi nofs iċ-ċittadini Ewropej qatt ma jixtru affarijiet online b’ilsna differenti minn dak nattiv tagħhom, l-aċċess elettroniku għas-servizzi pubbliċi s-soltu huwa ristrett għall-lingwi nazzjonali, u r-rikkezza kulturali u edukattiva tal-UE tibqa’ magħluqa fi ħdan il-komunitajiet lingwistiċi differenti. Il-qagħda tal-intrapriżi żgħar u medji Ewropej hija b’mod speċjali żvataġġata, minħabba li l-ispejjeż assoċċjati mal-proviżjoni ta’ servizzi f’iktar minn lingwa waħda huma għolja wisq u għandhom impatt negattiv fuq il-kompetittivitå tagħhom.

Fortunatament, sabiex tegħleb dawn l-ostakli, mhemmx bżonn li l-Ewropa tabbanduna d-diversitå lingwistika li hi mogħnija biha. L-iżvilupp teknoloġiku wassalna għal mezzi biex nawtomatizzaw kemm it-traduzzjoni kif ukoll proċessi multilingwi oħrajn. Minkejja li mhumhiex perfetti, dawn it-teknoloġiji diġå qed jiswew ta’ benefiċċju kbir biex jippermettu aċċess multilingwi għal websites u servizzi elettroniċi, biex tinstab informazzjoni minn data multilingwi, u biex it-tradutturi jaħdmu b’mod iktar effiċjenti.

Minkejja dan, it-traduzzjoni automatika online u s-servizzi ta’ teknoloġija lingwistika huma iddominati minn kumpaniji globali li mhumhiex Ewropej li jagħtu l-ikbar importanza lill-Ingliż u lil uħud mill-ikbar lingwi fid-dinja, filwaqt li jinjoraw il-lingwi tal-UE li għandhom inqas saħħa ekonomika warajhom. B’hekk kważi nofs iċ-ċittadini tal-Ewropa jinsabu teknoloġikament żvantaġġati minħabba l-ilsien nattiv tagħhom.

Is-suq mhux biżżejjed biex jindirizza l-isfida lingwistika Ewropea, li teħtieġ azzjoni immedjata u kkordinata min-naħa tal-UE. L-Ewropa teħtieġ strateġija biex tegħleb l-ostakli lingwistiċi u hekk toffri opportunitajiet kemm għall-ażjendi kif ukoll għan-nies, u tipprovdi opportunitajiet diġitali indaqs lill-komunitajiet lingwistiċi tal-UE kollha.

Sabiex jintlaħaq tassew il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku għall-Kontenut Diġitali, is-SUD jeħtieġ li jħares ‘il quddiem lejn l-użu ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi biex jegħleb l-ostakli lingwistiċi. Dawn is-soluzzjonijiet għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, għadd ta’ servizzi elettroniċi għall-lingwi uffiċċjali kollha tal-UE, li jkunu disponibbli sew għaċ-ċittadini kollha tal-Ewropa, kif ukoll għall-ażjendi u l-organizzazzjonijiet. Dawn is-servizzi lingwistiċi ċentrali mbagħad joffru skop lill-kumpaniji fl-oqsma tat-teknoloġija u s-servizzi biex joħolqu diversi soluzzjonijiet kummerċjali li jindirizzaw firxa wiesgħa bżonnijiet fis-suq.

Nemmnu li soluzzjonijiet teknoloġiċi bħal dawn, imsejsa fuq l-eċċellenza fl-innovazzjoni u r-riżultati tar-riċerka Ewropea, għandhom jipprovdu liċ-ċittadini kollha Ewropej, kif ukoll l-ażjendi u l-istituzzjonijiet pubbliċi, b’aċċess għal traduzzjoni awtomatika ta’ kwalitå għolja kif ukoll soluzzjonijiet lingwistiċi sofistikati għall-ażjendi, il-konsumaturi u s-servizzi pubbliċi bejn il-pajjiżi. Il-komunitå Ewropea tal-industrija u r-riċerka bħalissa qed tiżviluppa Aġenda Strateġika għas-Suq għall-Kontenut Diġitali multilingwi. Din l-strategy paper se tiġi ppreżentata waqt is-Summit ġewwa Riga fl-2015 (April 27-29, 2015).

Ninsabu convinti li l-istrateġija għas-Suq għall-Kontenut Diġitali tal-EC trid tindirizza l-multilingwiżmu mhux biss bħala sfida iżda wkoll bħala opportunitå kbira għat-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali.

Aħna, l-istakeholders hawn taħt iffirmati — riċerkaturi, sviluppaturi, SMEs, mexxejja fis-suq u opinjonisti, kif ukoll individwi — inħeġġu lill-Kummissjoni Ewroprea biex tindirizza l-isfida tal-multilingwiżmu fl-istrateġija tas-SUD u nwiegħdu li naħdmu flimkien biex nipprovdu soluzzjoni biex jingħelbu l-ostakli lingwistiċi, sabiex il-ħolma ta’ Suq Uniku għall-Kontenut Diġitali ssir tassew realtå.

 

Iffirma l-ittraAra min iffirma